www.coordinamentocamperisti.it

ASSOCIAZIONE    NAZIONALE

COORDINAMENTO  CAMPERISTI

ASSOĊJAZZJONI NAZZJONALI

TA’ KOORDINAMENT GĦALL-KAMPERISTI

21, via San Niccolò - 50125 Firenze

info@coordinamentocamperisti.it

telefons 328 8169174 - 328 7698417

Telefaks 055 2346925

 

Miss-sena 1985 il-familji bl-awtokaravan jirrispettaw dan il Kodici ta’ Komportament

 

1.     L-użu tal-awtokaravan bħala mezz ta’ trasport jimxi mar-regulament taċ-ċirkolazzjoni fit-toroq, li nirrispettaw waqt li nżommu f’moħħna id-daqs kbir tal-awtokaravan.

 

  1. L-uzu tal-awtokaravan bħala abitazzjoni jimponi li jiġu rispettati regolamenti u twissijiet partikulari biex jiġu protetti l’ambient u l-ibliet li nsibu ruħna fihom.

 

  1. Fl-abitat huwa xieraq li ngħażlu, biex nieqfu fihom, postijiet mhux affettwati mill-attivitajiet tan-negozju.

 

  1. Fl-ibliet jekk l-awtokaravan ser tintuża bħal abitazzjoni, dan għandu jsir mingħajr ma jintużaw l-ispazji esterjuri u billi dak li jsir ġewwa il-karavan jintwera l-inqas possibli: b’mod partikulari jridu jiġu evitati il-ħsejjes li jagħtu fastidju.

 

  1. Trid tiġi evitata kull forma ta’ monopolju tat-territorju.
  2. L-annimali domestiċi jridu jiġu kkontrollati b’mod li ma jagħtux fastidju u lanqas ma jħammġu.

 

  1.  Fuq l-iskart tintlagħab il kredibilità kollha tal-kategoria. Għalhekk huwa assolutament importanti li l-komportament tagħna jirrispetta mill-aktar li jista l-edukazzjoni u l-istandards tal-igiene.

 

  1. Jeħtieġ li l-iskart ta’ l-ilma maħmuġ isir f’postijiet fejn tippermetti l-liġi. L-iskart ta’ l-ilma nadif xorta għandu effett negattiv. Għalhekk għandu jsir fl-istess postijiet fejn jintrema l-ilma maħmuġ. Waqt il-mixi tal-awtokaravan, il-pajpijiet kollha għandhom jkunu magħluqin.

 

  1. Jeħtieġ li r-rimi tal-iskart solidu jsir ġo kontenituri apposta li jiġu ddepożitati fil-laned taż-żibel pubbliċi.

 

  1.  Jeħtieġ li dejjem niftakru li l-libertà ta’ kull wieħed minna tispiċċa fejn tibda il-libertà ta' l-oħrajn. Nadattaw il komportament tagħna għal dan il-principju tal-ħajja.