It-turiżmu itineranti huwa:
It-turiżmu itineranti huwa: l-Awtokaravan, il-Karavan,
il-Karrozzi turistiċi, il-vetturi, il-muturi, ir-roti, it-trekking.
L-Awtokaravan hija mezz tat-trasport
Mis-sena 1992 fl-Italja f’dak li għandu x’jaqsam maċ-ċirkolazzjoni l-AWTOKARAVAN (jew Kamper) tidħol taħt il-kategorija tal-mezzi tat-trasport (Kodiċi tat-triq, artiklu 54).
F’dak li għandu x’jaqsam maċ-ċirkolazzjoni l-KARAVAN (jew Roulotte) tidħol taht il-kategorija tal-irmonk (Kodiċi tat-triq, artiklu 56).
It-turiżmu itineranti huwa attiv 365 jum fis-sena
Minħabba iż-żieda fid-dħul ta’ flus, fil-ħin ħieles, u fis-sistema tat-trasport, illum it-turiżmu jiġi pprattikat 365 ġurnata fis-sena minn-nies li tfittex l-evażjoni mil-ħajja ta' kuljum: il-kuntatti soċjali jitwessaw biex mil-kunċett ta’ “ngħixu il-vakanza minn ġurnata għal oħra” ngħaddu għal-kunċett ta “ngħixu il-ġurnata ta’ vakanza”, waqt li nagħtu valur lill-aspetti kulturali u ekonomiċi tal-postijiet li ninvistaw.
L-awtokaravan tfisser turiżmu ekoloġiku
Fuq l-awtokaravan hemm tankijiet fejn jinġabar l-ilma maħmuġ. Għalhekk il karavan hija indipendenti u ħadd ma jista jgħid li l-familji li jusawha anki barra mil-camping qiegħdin iħammġu jew joħolqu problemi ta’ l-iġjene. Bħalma jiġri fis-setturi kollha tat-turiżmu, jista jkun hemm komportament kontra l-liġi imma b’hekk ma nistgħux niġġeneraliżżaw u nwaħħlu fil-kategorija. Il-familja fl-awtokaravan tuża it-territorju u tħalliħ kif issibhu.
L-awtokaravan tfisser familja
Fuq kull awtokaravan jivvjaġġaw medjament tliet persuni. Id-disgħa fil-mija tal-kamperisti pensjonanti u t-tletin fil-mija tal-awtokaravans għandhom abbord xi annimal domestiku.
L-awtokaravan tfisser solidarjetà soċjali
Is-seba’ fil-mija tal-kamperisti jużaw l-awtokaravan bħal apparat ta għajnuna, bil fatt li gie li jkollhom xi ċittadin diżabbli abbord li bhekk jista jgawdi t-territorju bħal ħaddieħor u bl-istess-opportunitajiet.
L-awtokaravan tfisser sigurtà
Il-familja li tivvjaġġa jew tipparkja ġo awtokaravan tista tiġi identifikata u magħrufa faċilment. Il-waqfa ta’ familja ġo awtokaravan tikkontribwixxi wkoll għall-kontrol tat-territorju għax il familja tista ċċempel lil-pulizija b’telefon ċellulari biex tirrapporta reati li jiġu kummessi fl-inħawi ta’ fejn ikunu ipparkjati.
It-turiżmu itineranti jfisser ukoll Protezzjoni Ċivili
L-infrastrutturi siewja għall-ipparkjar tal-awtokaravans u tal-karrozzi turistiċi (turiżmu tat-tielet età, turiżmu skolastiku, eċċ...), li huma:
1) Parkeġġi speċjali magħluqin jew imdaħħla fil-kuntest ta’ parkeġġi eżistenti li jkollhom postijiet ta’ parkeġġ xirqin u riżervati għall-ipparkjar ta’ karavans u awtokaravans;
2) Arei ta' parkeġġ mgħammrin u magħluqin li jkollhom postijiet xirqin u riżervati għall-ipparkjar ta’ karavans u awtokaravans. Il-waqfa tfisser okkupazzjoni għal żmien indefinit tal-ispazju esterjuri tal-vettura, bħal camping muniċipali privati u/jew publiċi mgħammra bl-infrastrutturi minimi, dejjem jekk jippermettu ir-regolamenti komunali;
3) Arei Multifunzionali Mgħammrin xirqin għall-waqfa tal-vetturi u għall-attivitajiet oħrajn kulturali, turistiċi u ekonomiċi;
ħuma siewja wkoll għaċ-ċittadini reżidenti u għall-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili f’kas ta’ diżastru.